Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0315

    Kawża C-315/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – József Lingurár vs Miniszterelnökséget vezető miniszter (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika agrikola komuni — Finanzjament mill-FAEŻR — Appoġġ għall-iżvilupp rurali — Ħlasijiet Natura 2000 — Benefiċċju rriżervat għall-persuni privati — Żona forestali parzjalment proprjetà tal-Istat)

    ĠU C 161, 22.5.2017, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – József Lingurár vs Miniszterelnökséget vezető miniszter

    (Kawża C-315/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEŻR - Appoġġ għall-iżvilupp rurali - Ħlasijiet Natura 2000 - Benefiċċju rriżervat għall-persuni privati - Żona forestali parzjalment proprjetà tal-Istat))

    (2017/C 161/05)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Kúria

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: József Lingurár

    Konvenut: Miniszterelnökséget vezető miniszter

    Dispożittiv

    L-ewwel sentenza tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għandha tiġi interpretata fis-sens li, meta żona forestali eleġibbli għall-appoġġ Natura 2000 hija parzjalment proprjetà tal-Istat u parzjalment proprjetà ta’ sid privat, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni r-relazzjoni bejn is-superfiċje ta’ din iż-żona proprjetà tal-Istat u dik proprjetà ta’ dan is-sid privat għall-kalkolu tal-ammont tal-appoġġ li għandu jitħallas lil dan tal-aħħar.


    (1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


    Top