Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0013

    Kawża C-13/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – Valsts policijas Rīgas reģiona pārvaldes Kārtības policijas pārvalde vs Rīgas pašvaldības SIA “Rīgas satiksme” (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 95/46/KE — Artikolu 7(f) — Data personali — Kundizzjonijiet ta’ legalità ta’ pproċessar ta’ data personali — Kunċett ta’ “ħtieġa għall-finijiet tal-interessi leġittimi li jkollu terz” — Talba għall-komunikazzjoni ta’ data personali ta’ persuna responsabbli għal inċident tat-traffiku sabiex tiġi eżerċitata azzjoni ġudizzjarja — Obbligu tal-kontrollur tad-data li jilqa’ tali talba — Assenza)

    ĠU C 213, 3.7.2017, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 213/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – Valsts policijas Rīgas reģiona pārvaldes Kārtības policijas pārvalde vs Rīgas pašvaldības SIA “Rīgas satiksme”

    (Kawża C-13/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 95/46/KE - Artikolu 7(f) - Data personali - Kundizzjonijiet ta’ legalità ta’ pproċessar ta’ data personali - Kunċett ta’ “ħtieġa għall-finijiet tal-interessi leġittimi li jkollu terz” - Talba għall-komunikazzjoni ta’ data personali ta’ persuna responsabbli għal inċident tat-traffiku sabiex tiġi eżerċitata azzjoni ġudizzjarja - Obbligu tal-kontrollur tad-data li jilqa’ tali talba - Assenza))

    (2017/C 213/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Augstākā tiesa

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Valsts policijas Rīgas reģiona pārvaldes Kārtības policijas pārvalde

    Konvenuta: Rīgas pašvaldības SIA “Rīgas satiksme”

    Dispożittiv

    L-Artikolu 7(f) tad-Direttiva Nru 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix obbligu ta’ komunikazzjoni tad-data personali lil terz sabiex dan ikun jista’ jressaq azzjoni għall-kumpens quddiem qorti ċivili minħabba dannu kkawżat mis-suġġett ta’ din id-data. Madankollu, l-Artikolu 7(f) ta’ din id-direttiva ma jipprekludix tali komunikazzjoni fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali.


    (1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


    Top