EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0648

Kawża T-648/15: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 – Baltijas pētnieciskās žurnālistikas centrs Re:Baltica vs Il-Parlament

ĠU C 48, 8.2.2016, p. 62–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/62


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 – Baltijas pētnieciskās žurnālistikas centrs Re:Baltica vs Il-Parlament

(Kawża T-648/15)

(2016/C 048/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Baltijas pētnieciskās žurnālistikas centrs Re:Baltica (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: N. Pirc Musar, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni A(2015)8361 C tal-Parlament Ewropew, tal-15 ta’ Settembru 2015 li tiċħad it-talba konfermatorja tar-rikorrenti għal aċċess għal ċerti dokumenti relatati ma’ informazzjoni dwar spejjeż tal-ivvjaġġar, benefiċċji tal-għajxien, benefiċċji għall-infiq ġenerali u spejjeż tal-arranġamenti tal-persunal ta’ Membri tal-Parlament Ewropew;

tordna lill-Parlament iħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti skont l-Artikoli 134 u 140 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż ta’ eventwali intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament 1049/2001 (1), flimkien mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament 45/2001 (2), peress li d-data ta’ natura personali mitluba ma hijiex protetta taħt id-dritt Komunitarju

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament 1049/2001, flimkien mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament 45/2001, peress li l-aċċess għall-informazzjoni mitluba ġie rrifjutat, minkejja li l-kundizzjonijiet għall-iżvelar kienu ntlaħqu

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ġenerali, taħt l-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament 1049/2001 flimkien mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament 1049/2001, li jitwettaq eżami ta’ kull dokument individwali

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament 1049/2001, peress li r-rifjut li jingħata aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba ma kienx ġustifikat

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif meħtieġ mill-Artikoli 7(1) u 8(1) tar-Regolament 1049/2001, peress li l-Parlament naqas milli jirrispondi għall-argumenti kollha tar-rikorrenti


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal- Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).


Top