Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0293

    Kawża T-293/15: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2015 – Banimmo vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 236, 20.7.2015, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 236/49


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2015 – Banimmo vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-293/15)

    (2015/C 236/65)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Banimmo SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: V. Ost u M. Vanderstraeten, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-drittijiet tar-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, sa fejn, minkejja t-talbiet insistenti tar-rikorrenti, il-Kummissjoni qatt ma kkomunikatilha l-motivi għar-rifjut tal-offerta tagħha.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq modifika, matul il-proċedimenti, ta’ ċerti elementi essenzjali tal-avviż ta’ studju ta’ proprjetà immobbli kkonċernat, bi ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza bejn l-offerenti.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza, peress li l-Kummissjoni wettqet in-negozjati mad-diversi offerenti b’mod imprevedibbli u ma tantx trasparenti, u peress li naqset, fost l-oħrajn, milli tħabbar formalment il-fażijiet tal-proċedimenti u t-termini għall-preżentazzjoni tal-offerti.


    Top