Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0570

    Kawża T-570/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Federcaccia della Regione Liguria et vs Il-Kummissjoni (“Ambjent — Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi — Speċi li jistgħu jkunu suġġetti għall-kaċċa — Kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar il-kaċċa — Armonizzazzjoni tal-kriterji ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2009/147/KE — Perijodu magħluq għall-kaċċa fil-Liguria”)

    ĠU C 5, 8.1.2018, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.1.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 5/42


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Federcaccia della Regione Liguria et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-570/15) (1)

    ((“Ambjent - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Speċi li jistgħu jkunu suġġetti għall-kaċċa - Kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar il-kaċċa - Armonizzazzjoni tal-kriterji ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2009/147/KE - Perijodu magħluq għall-kaċċa fil-Liguria”))

    (2018/C 005/57)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Federcaccia della Regione Liguria (Genova, l-Italja) u l-10 rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-anness tad-digriet (rappreżentanti: A. Bruni, P. Balletti u A. Mozzati, avocats)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u C. Hermes, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni astjeniet illegalment milli taġġorna ċerta data li tirrigwarda l-Italja, li tinsab fid-dokument dwar il-kunċetti ewlenin, redatt mill-Kumitat ORNIS, previst fid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU 2010, L 20, p. 7), talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2014 li tindika li l-estenzjoni fl-Italja tal-istaġun tal-kaċċa għal ċerti speċi ta’ għasafar ma hijiex konformi mal-leġiżlazzjoni Ewropea u talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti minħabba l-assenza ta’ aġġornament tad-data li tirrigwarda l-Italja mill-Kummissjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Federcaccia della Regione Liguria u l-partijiet l-oħra li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 381, 16.11.2015.


    Top