Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0035

    Kawża T-35/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Alkarim for Trade and Industry vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

    ĠU C 161, 22.5.2017, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/22


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Alkarim for Trade and Industry vs Il-Kunsill

    (Kawża T-35/15) (1)

    ((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

    (2017/C 161/30)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Alkarim for Trade and Industry LLC (Tal Krudi, is-Sirja) (rappreżentanti: J.-P. Buyle u L. Cloquet, avukati)

    Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Étienne u S. Kyriakopoulou, sussegwentement S. Kyriakopoulou, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/730/PESK, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2014, L 301, p. 36), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1105/2014, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2014, L 301, p. 7), sa fejn isem ir-rikorrenti ġie inkluż fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet li għalihom japplikaw il-mużuri restrittivi.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/730/PESK, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1105/2014, tal 20 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja huma annullati sa fejn jirrigwardaw lil Alkarim for Trade and Industry LLC.

    2)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Alkarim for Trade and Industry.


    (1)  ĠU C 89, 16.3.2015.


    Top