EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0127

Kawża F-127/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 414, 14.12.2015, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/43


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-127/15)

(2015/C 414/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: C. W. Godfrey, C. Antoine, M. Gomes Lopes, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi sanzjoni dixxipplinari ta’ tnaqqis ta’ EUR 185 fuq il-pensjoni tar-rikorrent għal tnax-il xhar, u li tidħol fis-seħħ fid-data meta huwa jirtira, minħabba f’eżerċizzju ta’ attività esterna mhux awtorizzata.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ Diċembru 2014, flimkien mal-konsegwenzi kollha tad-dritt;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha ta’ din l-istanza.


Top