EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0699

Kawża C-699/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Brockenhurst College (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Eżenzjonijiet — Provvista bi ħlas ta’ servizzi ta’ ristorazzjoni u ta’ divertiment minn stabbiliment ta’ tagħlim għal pubbliku ristrett)

ĠU C 213, 3.7.2017, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Brockenhurst College

(Kawża C-699/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjonijiet - Provvista bi ħlas ta’ servizzi ta’ ristorazzjoni u ta’ divertiment minn stabbiliment ta’ tagħlim għal pubbliku ristrett))

(2017/C 213/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

Konvenut: Brockenhurst College

Dispożittiv

L-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jistgħu jiġu kklassifikati bħala servizzi “relatat[i] mill-qrib” mas-servizz prinċipali ta’ tagħlim, u, għalhekk, eżentati mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), attivitajiet, imwettqa f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsistu fil-provvista ta’ servizzi ta’ ristorazzjoni u ta’ divertiment lil terzi, mill-istudenti ta’ stabbiliment ta’ edukazzjoni ogħla, fil-kuntest tat-taħriġ tagħhom u bi ħlas, peress li dawn is-servizzi huma indispensabbli għat-taħriġ tagħhom u ma humiex intiżi sabiex jinkiseb dħul addizzjonali għal dan l-istabbiliment, permezz tat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet imwettqa f’kompetizzjoni diretta ma’ dawk ta’ impriżi kummerċjali li huma suġġetti għall-ħlas tal-VAT, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.


(1)  ĠU C 78, 29.2.2016.


Top