EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0183

Kawża C-183/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – TSI GmbH vs Hauptzollamt Aachen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Subintestatura 9027 10 10 — Granulometri ajrudinamiċi ultravjola — Counters ta’ partiċelli li jistgħu jinġarru)

ĠU C 48, 8.2.2016, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – TSI GmbH vs Hauptzollamt Aachen

(Kawża C-183/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Subintestatura 9027 10 10 - Granulometri ajrudinamiċi ultravjola - Counters ta’ partiċelli li jistgħu jinġarru))

(2016/C 048/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TSI GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Aachen

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni […], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008, għandha tiġi interpretata fis-sens li granulometri ajrudinamiċi ultravjola u counters ta’ partiċelli li jistgħu jinġarru, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jaqgħux taħt is-subintestatura 9027 10 10 tagħha.


(1)  ĠU C 254, 3.8.2015.


Top