EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0405

Kawża T-405/14: Rikors ippreżentat fil- 31 ta’ Mejju 2014 – Yavorskaya vs Il-Kunsill et

ĠU C 261, 11.8.2014, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/41


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2014 – Yavorskaya vs Il-Kunsill et

(Kawża T-405/14)

2014/C 261/67

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Elena Yavorskaya (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: D. Grisay, C. Hartman u Y. G. Georgiades, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u Eurogroup, irrappreżentat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara bħala ammissibbli ir-rikors odjern għal responsabbiltà mhux kuntrattwali bbażat fuq l-Artikolu 340 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

tiddikjara r-rikors fondat peress li l-miżuri imposti mid-diversi istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fuq ir-Repubblika ta’ Ċipru fil-qasam tal-konfiska tal-assi bankarji jiksru b’mod suffiċjentement ikkaratterizzat prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, li jikkonferixxu drittijiet lil individwi, fatt li jikkostitwixxi nuqqas fid-dawl tal-Artikolu 340 TFUE;

tistabbilixxi li l-aġir tal-Unjoni Ewropea jikkostitwixxi nuqqas serju u kkaratterizzat, li bħala konsegwenza jirriżulta f’dannu lir-rikorrenti stmat li jammonta, b’kull riserva, għal EUR 3 2 99  855,45, mingħajr preġudizzju għal tnaqqis jew żieda pendente lite, b’mod partikolari fil-dawl tal-interessi u l-ispejjeż li jkunu, fejn xieraq, dovuti;

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ħlas tal-ammonti suesposti;

barra minn hekk, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed ibbażat fuq nuqqas mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea u b’mod iktar preċiż, fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà u tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

Fil-fatt, il-miżuri imposti mill-Unjoni Ewropea fuq ir-Repubblika ta’ Ċipru wasslu għal iffriżar tal-assi tar-rikorrenti fi ħdan il-Laïki Bank, mingħajr ma ingħatat ebda kumpens ġust u minn qabel.

B’hekk, l-Unjoni Ewoprea kisret b’mod manifest u mhux raġjonevoli id-dritt għall-proprjetà tar-rikorrenti u l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni safejn huma biss id-depożiti ta’ inqas minn EUR 1 00  000,00fi ħdan il-Laiki Bank li ġew iggarantiti skont miżuri Ewropej imposti fuq l-awtoritajiet Ċiprijotti.


Top