Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0376

    Kawża T-376/14: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Mejju 2014 – Yassin vs Il-Kunsill

    ĠU C 245, 28.7.2014, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 245/26


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2014 – Yassin vs Il-Kunsill

    (Kawża T-376/14)

    2014/C 245/35

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin (il-Kajr, l-Eġittu) (rappreżentanti: J. Bellis, R. Luff, A. Bailleux, Q. Declève, P. Vovan, S. Rowe u A. Yehia, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorenti

    tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

    tannulla d-Deċiżjoni 2014/153, sa fejn din tipproroga, sat-22 ta’ Marzu 2015, il-miżuri restrittivi kontra r-rikorrent li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu;

    tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-375/14, Al Naggar vs Il-Kunsill.


    Top