Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0812

    Kawża T-812/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2015 – BPC Lux 2 et vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Settur finanzjarju — Għajnuna mogħtija fil-kuntest tar-riżoluzzjoni ta’ falliment bankarju — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”)

    ĠU C 127, 20.4.2015, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.4.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 127/27


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2015 – BPC Lux 2 et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-812/14 R)

    ((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Settur finanzjarju - Għajnuna mogħtija fil-kuntest tar-riżoluzzjoni ta’ falliment bankarju - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

    (2015/C 127/37)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: BPC Lux 2 Sàrl (Senningerberg, il-Lussemburgu); BPC UKI LP (George Town, il-Gżejjer Kajman, ir-Renju Unit); Bennett Offshore Restructuring Fund, Inc. (George Town); Bennett Restructuring Fund LP (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti); Queen Street Fund Ltd (George Town); BTG Pactual Global Emerging Markets and Macro Master Fund LP (George Town); BTG Pactual Absolute Return II Master Fund LP (George Town); CSS LLC (Chicago, Illinois, l-Istati Uniti); Beltway Strategic Opportunities Fund LP (George Town); EJF Debt Opportunities Master Fund LP (George Town); EJF DO Fund (Cayman) LP (George Town); TP Lux HoldCo (Lussemburgu, il-Lussemburgu); VR Global Partners LP (George Town); Absalon II Ltd (Dublin, l-Irlanda); CenturyLink, Inc. Defined Benefit Master Trust (Denver, Colorado, l-Istati Uniti); City of New York Group Trust (New York, New York, l-Istati Uniti); Dignity Health (San Francisco, California, l-Istati Uniti); GoldenTree Asset Management Lux Sàrl (il-Lussemburgu); GoldenTree High Yield Value Fund Offshore 110 Two Ltd (Dublin); u San Bernardino County Employees Retirement Association (San Bernardino, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Webber, M. Stenson, solicitors, u P. Fajardo, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u P.-J. Loewenthal, aġenti)

    Suġġett

    Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 5682 finali, tat-3 ta’ Awwissu 2014, li ma jitqajmux oġġezzjonijiet fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat SA.39250 (2014/N), innotifikata mill-Portugall, intiża għar-riżoluzzjoni tal-Banco Espírito Santo SA.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top