Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0586(01)

    Kawża T-586/14 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Xinyi PV Products (Anhui) Holdings vs Il-Kummissjoni (Dumping – Importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina miċ-Ċina – Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (li sar l-Artikolu 2(7)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036) – Status ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq – Kunċett ta’ “distorsjoni sinjifikattiva tal-ispejjeż ta’ produzzjoni u tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriżi” – Vantaġġi fiskali – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

    ĠU C 413, 9.12.2019, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 413/38


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Xinyi PV Products (Anhui) Holdings vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-586/14 RENV) (1)

    (Dumping - Importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina miċ-Ċina - Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (li sar l-Artikolu 2(7)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036) - Status ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq - Kunċett ta’ “distorsjoni sinjifikattiva tal-ispejjeż ta’ produzzjoni u tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriżi” - Vantaġġi fiskali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

    (2019/C 413/45)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd (Anhui, iċ-Ċina) (rappreżentant: Y. Melin, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u T. Maxian Rusche, aġenti)

    Rikorrenti insostenn tal-konvenuta: GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH (Tschernitz, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. MacLean, avukat)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 470/2014 tat-13 ta’ Mejju 2014 li jimponi dazju antidumping u ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2014, L 142, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 470/2014 tat-13 ta’ Mejju 2014 li jimponi dazju antidumping u ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk ta’ Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd, bl-esklużjoni ta’ dawk relatati mal-intervent.

    3)

    GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż ta’ Xinyi PV Products (Anhui) Holdings relatati mal-intervent tagħha.


    (1)  ĠU C 372 tal-20.10.2014.


    Top