EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0030

Kawża F-30/14: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 175, 10.6.2014, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/56


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-30/14)

2014/C 175/81

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: V. Wellens, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni dixxiplinari ta’ tniżżil fil-grad.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrent tniżżil fil-grad minħabba li naqas milli jiddikjara lill-Kummissjoni li, minbarra l-allowance tal-familja għal ulied dipendenti skont l-Artikolu 67(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, kien jirċievi allowance nazzjonali tal-istess natura.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top