Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0406

    Kawża C-406/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (il-Polonja) fis-27 ta’ Awwissu 2014 – Wrocław – Miasto na prawach powiatu vs Minister Infrastruktury i Rozwoju

    ĠU C 431, 1.12.2014, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 431/11


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (il-Polonja) fis-27 ta’ Awwissu 2014 – Wrocław – Miasto na prawach powiatu vs Minister Infrastruktury i Rozwoju

    (Kawża C-406/14)

    (2014/C 431/18)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Wrocław – Miasto na prawach powiatu

    Konvenut: Minister Infrastruktury i Rozwoju

    Domandi preliminari

    1)

    Fid-dawl tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1) huwa permissibbli li awtorità kontraenti, fid-dokumenti tal-kuntratt, tistabbilixxi li l-kuntrattur għandu jwettaq minn tal-inqas 25 % tax-xogħlijiet koperti mill-kuntratt permezz tar-riżorsi tiegħu stess?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: l-applikazzjoni tar-rekwiżit deskritt fl-ewwel domanda fil-kuntest ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku twassal għal ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ natura li tiġġustifika l-applikazzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 98 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (2)?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.

    (2)  ĠU L 210, p. 25.


    Top