EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0240

Kawża C-240/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Korneuburg (l-Awstrija) fit- 12 ta’ Mejju 2014 – Eleonore Prüller-Frey vs Norbert Brodnig, Axa Versicherung AG

ĠU C 261, 11.8.2014, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Korneuburg (l-Awstrija) fit-12 ta’ Mejju 2014 – Eleonore Prüller-Frey vs Norbert Brodnig, Axa Versicherung AG

(Kawża C-240/14)

2014/C 261/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Korneuburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eleonore Prüller-Frey

Konvenuti: Norbert Brodnig, Axa Versicherung AG

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(1)(a) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97, tad-9 ta’ Ottubru 1997, dwar ir-responsabbilità ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti (1), l-Artikolu 3(ċ) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani (2), kif ukoll l-Artikolu 1(1) tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport Internazzjonali bl-Ajru (3), iffirmata f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-talba għal kumpens tal-persuna leża

li kienet tinsab fuq inġenju tal-ajru li kellu bħala postijiet ta’ tluq u ta’ nżul l-istess post li jinsab fi Stat Membru,

li ġiet ittrasportata b’xejn mill-pilota,

għal titjira ta’ osservazzjoni mill-ajru ta’ proprjetà immobbli, fil-kuntest ta’ proġett ta’ tranżazzjoni ta’ immobbli mal-pilota, u

li sostniet feriti minħabba l-waqgħa tal-inġenju tal-ajru,

għandha tiġi eżaminata biss abbażi tal-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport Internazzjonali bl-Ajru, iffirmata f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, u fis-sens li d-dritt nazzjonali ma huwiex applikabbli?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

2)

L-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport Internazzjonali bl-Ajru, iffirmata f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, u l-Artikolu 67 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (4), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kompetenza għall-istruttorja u għad-deċiżjoni fuq it-talba għal kumpens imsemmija fl-ewwel domanda għandha tiġi eżaminata biss abbażi tal-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport Internazzjonali bl-Ajru, iffirmata f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

3)

L-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport Internazzjonali bl-Ajru, iffirmata f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, u l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (5), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprevedu l-azzjoni diretta tal-persuna leża msemmija fl-ewwel domanda kontra l-assiguratur għar-responsabbiltà ċivili tal-awtur tad-dannu?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

4)

L-Artikolu 7(1)(f) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1988, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta ta’ xort oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 73/239/KEE (6), u l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kundizzjonijiet tal-azzjoni diretta tal-persuna leża msemmija fl-ewwel domanda kontra l-kumpannija ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tal-awtur tad-dannu għandhom jiġu eżaminati abbażi tad-dritt ta’ tielet Stat, meta

il-lex loci delicti tipprevedi l-azzjoni diretta fil-liġi tagħha dwar il-kuntratt ta’ assigurazzjoni,

il-partijiet fil-kuntratt ta’ assigurazzjoni jagħżlu d-dritt applikabbli, billi jindikaw l-ordinament ġuridiku ta’ tielet Stat,

u minn din l-għażla jirriżulta li d-dritt applikabbli huwa dak tal-Istat tas-sede tal-assiguratur, u meta

l-ordinament ġuridiku ta’ dan l-Istat jipprevedi wkoll l-azzjoni diretta fil-liġi tiegħu dwar il-kuntratt ta’ assigurazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 3, p. 489.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 160.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 492.

(4)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.

(5)  ĠU L 199, p. 40.

(6)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 198.


Top