EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0136

Kawża C-136/14: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Marzu 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 175, 10.6.2014, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/27


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-136/14)

2014/C 175/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Rodrigues u L. Visaggio, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Direttiva tal-Kunsill 2013/64/UE, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/271/KEE u 1999/74/KE, u d-Direttivi 2000/60/KE, 2006/7/KE, 2006/25/KE u 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (1)

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Parlament Ewropew jitlob l-annullament tad-Direttiva 2013/64/UE li l-Kunsill adotta fuq il-bażi legali tal-Artikolu 349 TFUE.

Skont il-Parlament, l-għażla tal-bażi legali tal-Kunsill hija żbaljata, peress li l-miżuri li huma s-suġġett tad-direttiva kkontestata jagħmlu parti mill-attribuzzjonijiet tal-Unjoni skont il-politiki differenti komuni. Għalhekk, dawn il-miżuri kellhom jiġu adottati skont bażijiet legali settorjali dwar l-oqsma tal-ambjent, tal-agrikoltura, tal-politika soċjali u tas-saħħa pubblika, jiġifieri skont l-Artikoli 43(2), 114, 153(2), 168 u 192(1) TFUE u mhux skont il-bażi tal-Artikolu 349 TFUE.

Għall-Parlament, miżuri li ma għandhomx bħala għan li jindirizzaw restrizzjonijiet ta’ natura ekonomika jew soċjali li qiegħed iġarrab reġjun ultraperiferiku permezz ta’ deroga mill-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-Unjoni fir-reġjun ikkonċernat, ma jistgħux validament jiġu adottati skont il-bażi legali tal-Artikolu 349 TFUE. Għalhekk, ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-artikolu, miżuri li huma intiżi biss li jipprorogaw l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għal reġjun ultraperiferiku.


(1)  ĠU L 353, p. 8


Top