EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0132

Kawża C-132/14: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Marzu 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 175, 10.6.2014, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/24


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-132/14)

2014/C 175/30

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Liukkonen u L. Visaggio, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1385/2013, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 u (KE) Nru 1224/2009, u r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1379/2013 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (1);

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Parlament Ewropew jitlob l-annullament tar-Regolament (UE) Nru 1385/2013 li ġie adottat mill-Kunsill fuq il-bażi legali tal-Artikolu 349 TFUE.

Il-Parlament jikkontesta l-għażla ta’ bażi legali użata mill-Kunsill, peress li l-Artikolu 349 TFUE ma jistax ikun bażi legali għall-miżuri kollha adottati iżda biss għal xi wħud minnhom li jikkonsistu f’derogi għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni f’Mayotte. Barra dan, ir-regolament ikkontestat jimplementa wkoll materji li jaqgħu taħt il-politika komuni tas-sajd u tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika, mingħajr ma dawn il-miżuri jirriżultaw mis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali strutturali ta’ Mayotte speċifikament.

Skont il-Parlament, l-att inkwistjonigħaldaqstant kellu jiġi adottat, bi qbil mad-diversi suġġetti li jirregola, abbażi tal-Artikoli 43(2), 168(4)(b), u 349 TFUE konġuntament, u mhux abbażi ta’ dan l-aħħar artikolu biss.


(1)  ĠU L 354, p. 86


Top