EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0523

Kawża C-523/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Gelderland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Aannemingsbedrijf Aertssen NV, Aertssen Terrassements SA vs VSB Machineverhuur BV, Van Someren Bestrating BV, Jos van Someren (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 1 — Kamp ta’ applikazzjoni — Ilment b’kostituzzjoni parti ċivili — Artikolu 27 — Lis alibi pendens — Talba mressqa quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor — Istruttorja ġudizzjarja pendenti — Artikolu 30 — Data li fiha qorti titqies li ġiet adita)

ĠU C 414, 14.12.2015, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Gelderland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Aannemingsbedrijf Aertssen NV, Aertssen Terrassements SA vs VSB Machineverhuur BV, Van Someren Bestrating BV, Jos van Someren

(Kawża C-523/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 1 - Kamp ta’ applikazzjoni - Ilment b’kostituzzjoni parti ċivili - Artikolu 27 - Lis alibi pendens - Talba mressqa quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor - Istruttorja ġudizzjarja pendenti - Artikolu 30 - Data li fiha qorti titqies li ġiet adita))

(2015/C 414/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Gelderland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aannemingsbedrijf Aertssen NV, Aertssen Terrassements SA

Konvenuti: VSB Machineverhuur BV, Van Someren Bestrating BV, Jos van Someren

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li lment b’kostituzzjoni parti ċivili mressaq quddiem qorti istruttorja jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament sa fejn dan huwa intiż għall-kumpens pekunjarju għad-dannu allegat mil-lanjant.

2)

L-Artikolu 27(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li talba titressaq, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta lment b’kostituzzjoni parti ċivili jkun tressaq quddiem qorti istuttorja, anki jekk l-istruttorja tal-kawża inkwistjoni tkun għadha ma ngħalqitx.

3)

L-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interprtat fis-sens li, meta persuna tressaq ilment b’kostituzzjoni parti ċivili quddiem qorti istruttorja permezz tal-preżentata ta’ att li ma għandux, skont id-dritt nazzjonali applikabbli, jiġi nnotifikat qabel din il-preżentata, id-data li għandha titqies sabiex jiġi kkunsidrat li din il-qorti hija adita hija dik li fiha tressaq dan l-ilment.


(1)  ĠU C 34, 02.02.2015.


Top