Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0521

Kawża T-521/13: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Settembru 2013 — Alpinestars Research vs UASI — Tung Cho u Wang Yu (A ASTER)

ĠU C 352, 30.11.2013, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/20


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2013 — Alpinestars Research vs UASI — Tung Cho u Wang Yu (A ASTER)

(Kawża T-521/13)

2013/C 352/37

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alpinestars Research Srl (Coste di Maser, l-Italja) (rappreżentanti: G. Dragotti and R. Valenti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kean Tung Cho (Taichung City, Tajwan); u Ling-Yuan Wang Yu (Wuci Township, Tajwan)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tal-15 ta’ Lulju 2013, fil-Każ R 2309/2012-4;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-partijiet l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-iswed u bl-abjad li tinkludi l-elementi verbali “A ASTER” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 084 395

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “A-STARS” għal prodotti fil-klassijiet 9, 12, 14, 18, 25 u 28 — Trade mark Komunitarja Nru 6 181 002

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja


Top