Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0502

    Kawża T-502/13: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Settembru 2013 — ASPA vs UASI — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria (ARGENTARIA)

    ĠU C 352, 30.11.2013, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 352/16


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2013 — ASPA vs UASI — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria (ARGENTARIA)

    (Kawża T-502/13)

    2013/C 352/31

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Argenta Spaarbank NV (ASPA) (Antwerp, il-Belġju) (rappreżentanti: K. De Winter u M. De Vroey, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA (Madrid, Spanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Lulju 2013 fil-Każ R 1581/2011-4.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali “ARGENTARIA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1 sa 42 — Trade mark Komunitarja Nru 159 707

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: tiddikjara l-proċedimenti ta’ kanċellazzjoni magħluqa wara l-waqfien tas-servizzi kkontestati mill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud bħala inammissibbli

    Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 51(1)(a) u 80 tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top