EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0376

Kawża T-376/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2015 – Versorgungswerk der Zahnärztekammer Schleswig-Holstein vs BĊE (“Aċċess għal dokumenti — Deċiżjoni 2004/258/KE — Ftehim ta’ skambju tal-15 ta’ Frar 2012 bejn il-Greċja u l-BĊE u banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema — Annessi A u B — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Interess pubbliku — Politika monetarja tal-Unjoni u ta’ Stat Membru — Sitwazzjoni finanzjarja tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema — Stabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni”)

ĠU C 236, 20.7.2015, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2015 – Versorgungswerk der Zahnärztekammer Schleswig-Holstein vs BĊE

(Kawża T-376/13) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Deċiżjoni 2004/258/KE - Ftehim ta’ skambju tal-15 ta’ Frar 2012 bejn il-Greċja u l-BĊE u banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema - Annessi A u B - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Interess pubbliku - Politika monetarja tal-Unjoni u ta’ Stat Membru - Sitwazzjoni finanzjarja tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema - Stabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni”))

(2015/C 236/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Versorgungswerk der Zahnärztekammer Schleswig-Holstein (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Hoepner u D. Unrau, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, S. Lambrinoc u K. Laurinavičius, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann u P. Gey, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE, tat-22 ta’ Mejju 2013, ikkomunikata lir-rikorrenti b’ittra tal-president ta’ dan, li tiċħad parzjalment talba ta’ aċċess għall-Annessi A u B tal-“Exchange agreement dated 15 February 2012 among the Hellenic Republic and the European Central Bank and the Eurosystem NCBs listed herein” (ftehim ta’ skambju tal-15 ta’ Frar 2012 bejn ir-Repubblika Ellenika u l-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema li huwa jelenka).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Versorgungswerk der Zahnärztekammer Schleswig-Holstein hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 7.9.2013.


Top