Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0254

    Kawża T-254/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2015 – Stayer Ibérica vs UASI – Korporaciya “Masternet” (STAYER) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva STAYER — Trade mark internazzjonali verbali preċedenti STAYER — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b), u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”]

    ĠU C 236, 20.7.2015, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 236/33


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2015 – Stayer Ibérica vs UASI – Korporaciya “Masternet” (STAYER)

    (Kawża T-254/13) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva STAYER - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti STAYER - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b), u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”])

    (2015/C 236/44)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Stayer Ibérica, SA (Pinto, Spanja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: ZAO Korporaciya “Masternet” (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: N. Bürglen, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Marzu 2013 (Każ R 2196/2011-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn ZAO Korporaciya “Masternet” u Stayer Ibérica, SA.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-4 ta’ Marzu 2013, (Każ R 2196/2011-2) hija annullata sa fejn hija ddikjarat l-invalidità tat-trade mark Komunitarja figurattiva STAYER għat-“Tagħmir u għodod; partijiet ta’ magni għall-qtugħ u għall-ippolixxjar tad-djamanti; partijiet u roti għall-qtugħ għall-industriji li ġejjin; irħam; granit; ġebel; tafal; ċangaturi; madum u brikk, u b’mod ġenerali, għodod għall-qtugħ bħala partijiet minn tagħmir inkluż fil-Klassi 7”, li jaqgħu taħt il-Klassi 7, kif ukoll għall-“oġġetti għall-brix li jistgħu jinżammu fl-idejn (roti u roti għat-tisnin)”, li jaqgħu taħt il-Klassi 8.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    L-UASI, Stayer Ibérica, SA u ZAO Korporaciya “Masternet” għandhom ibatu, kull wieħed, l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 207, 20.7.2013.


    Top