Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FB0121

    Kawża F-121/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2016 – Poniskaitis vs Il-Kummissjoni [Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba taħt skemi oħra — Deċiżjoni li tirrikonoxxi l-akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz bl-applikazzjoni tad-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Perunal — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors manifestament infondat]

    ĠU C 364, 3.10.2016, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 364/48


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2016 – Poniskaitis vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-121/13) (1)

    ([Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba taħt skemi oħra - Deċiżjoni li tirrikonoxxi l-akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz bl-applikazzjoni tad-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Perunal - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors manifestament infondat])

    (2016/C 364/61)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Jonas Poniskaitis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati, sussegwentement minn J.-N. Louis, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement minn G. Gattinara, aġent)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-DĠI l-ġodda rigward l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU 2014, C 52, p. 53.


    Top