EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0632

Kawża C-632/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fit- 3 ta’ Diċembru 2013 — Skatteverket vs Hilkka Hirvonen

ĠU C 31, 1.2.2014, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fit-3 ta’ Diċembru 2013 — Skatteverket vs Hilkka Hirvonen

(Kawża C-632/13)

2014/C 31/09

Lingwa tal-kawża: L-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteverket

Konvenut: Hilkka Hirvonen

Domandi preliminari

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tipprovdi li persuna li hija residenti fi Stat Membru ieħor — li kisbet it-totalità jew il-kważi-totalità tad-dħul tagħha fl-ewwel Stat Membru — jkollha d-dritt li tagħżel bejn żewġ skemi ta’ taxxi li huma kompletament differenti, jiġifieri jew li tkun intaxxata permezz tat-taxxa f’ras il-għajn b’rata ta’ taxxa iktar baxxa, iżda mingħajr ma tibbenefika mid-dritt għal tnaqqis fiskali li tinvolvi l-applikazzjoni ta’ skema ordinarja ta’ taxxa fuq id-dħul, jew li tkun intaxxata fil-kuntest tal-imsemmija skema ordinarja u għalhekk tkun tista’ tibbenefika mit-tnaqqis fiskali inkwistjoni?


Top