Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0503

    Kawża C-503/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid- 19 ta’ Settembru 2013 — Boston Scientific Medizintechnik GmbH vs AOK Sachsen-Anhalt

    ĠU C 352, 30.11.2013, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 352/8


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Settembru 2013 — Boston Scientific Medizintechnik GmbH vs AOK Sachsen-Anhalt

    (Kawża C-503/13)

    2013/C 352/14

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Boston Scientific Medizintechnik GmbH

    Konvenut: AOK Sachsen-Anhalt

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott li huwa prodott mediku li jiddaħħal fil-ġisem (f’dan il-każ, peacemaker) ikun diġà difettuż fejn tagħmir li jagħmel parti mill-istess grupp ta’ prodotti għandu riskju ta’ nuqqas kunsiderevolment ogħla, iżda ma jkunx ġie kkonstatat difett fir-rigward tal-apparat imdaħħal fil-każ speċifiku inkwistjoni?

    (2)

    Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

    L-ispejjeż tal-operazzjoni sabiex jiġi estratt il-prodott u sabiex jiddaħħal peacemaker ieħor jikkostitwixxu dannu kkawżat minn korriment personali fis-sens tal-punt (a) tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 85/374/KEE?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 257.


    Top