Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0678

    Kawża C-678/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Anness III — Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa ta’ VAT għat-tagħmir mediku, għall-materjal awżiljarju u għall-apparat kif ukoll għall-prodotti farmaċewtiċi)

    ĠU C 236, 20.7.2015, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 236/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

    (Kawża C-678/13) (1)

    ((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Anness III - Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa ta’ VAT għat-tagħmir mediku, għall-materjal awżiljarju u għall-apparat kif ukoll għall-prodotti farmaċewtiċi))

    (2015/C 236/15)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u D. Milanowska, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

    Dispożittiv

    1)

    Billi applikat rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għall-kunsinna:

    ta’ tagħmir mediku, materjal awżiljarju u apparat ieħor li ma huwiex riżervat għall-użu persunali u esklużiv minn persuni b’diżabbiltà jew li ma humiex normlament intiżi sabiex itaffu jew jikkuraw diżabbiltajiet, kif ukoll

    prodotti li ma humiex prodotti farmaċewtiċi normalment użati għall-kura tas-saħħa, il-prevenzjoni ta’ mard u t-trattament għal finijiet mediċi u veterinarji, lanqas għal prodotti użati għal finijiet ta’ kontraċezzjoni u ta’ protezzjoni iġenika femminili,

    msemmija fl-intestaturi 82, 92 u 103 tal-Anness 3 tal-Liġi dwar it-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi (ustawa o podatku od towarów i usług), tal-11 ta’ Marzu 2004, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96 sa 98 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija flimkien mal-Anness III tal-imsemmija direttiva.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 61, 1.3.2014.


    Top