Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0497

    Kawża C-497/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – F. Faber vs Autobedrijf Hazet Ochten BV Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 1999/44/KE — Bejgħ u garanzija ta’ oġġetti għall-konsum — Status tax-xerrej — Kapaċità ta’ konsumatur — Nuqqas ta’ konformità tal-oġġett ikkunsinnat — Dmir li l-bejjiegħ ikun informat — Nuqqas li jsir apparenti fi żmien sitt xhur mill-kunsinna tal-oġġetti — Oneru tal-prova

    ĠU C 236, 20.7.2015, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 236/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – F. Faber vs Autobedrijf Hazet Ochten BV

    (Kawża C-497/13) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 1999/44/KE - Bejgħ u garanzija ta’ oġġetti għall-konsum - Status tax-xerrej - Kapaċità ta’ konsumatur - Nuqqas ta’ konformità tal-oġġett ikkunsinnat - Dmir li l-bejjiegħ ikun informat - Nuqqas li jsir apparenti fi żmien sitt xhur mill-kunsinna tal-oġġetti - Oneru tal-prova)

    (2015/C 236/08)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: F. Faber

    Konvenuta: Autobedrijf Hazet Ochten BV

    Dispożittiv

    1)

    Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/44/KE tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti [għal]l-konsum u garanziji assoċjati magħhom, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-qorti nazzjonali li quddiemha tressqet kawża li tirrigwarda kuntratt li jista’ jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva għandu, meta jkollha l-elementi ta’ dritt u ta’ fatt neċessarji għal dan il-għan jew tista’ meta jkollha sempliċi talba għal kjarifika, li tivverifika jekk l-akkwirent jista’ jiġi kklassifikat bħala konsumatur fis-sens tal-imsemmija direttiva, anki jekk dan tal-aħħar ma jkunx invoka din il-kwalità.

    2)

    L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 1999/44 għandu jiġi interpretat fis-sens li għandha titqies li hija regola ekwivalenti għal regola nazzjonali li għandha, fl-ordinament ġuridiku intern, il-grad ta’ norma ta’ ordni pubbliku u li l-qorti nazzjonali għandha tapplika ex officio kull dispożizzjoni li tiżgura t-traspożizzjoni tagħha fid-dritt intern.

    3)

    L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 1999/44 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix regola nazzjonali li tipprevedi li l-konsumatur, sabiex jibbenefika mid-drittijiet li huwa għandu bis-saħħa ta’ din id-direttiva, għandu jinforma lill-bejjiegħ bin-nuqqas ta’ konformità fi żmien utli, bil-kundizzjoni li l-konsumatur għandu għad-dispożizzjoni tiegħu, sabiex jagħti din l-informazzjoni, terminu li ma jistax ikun inqas minn xahrejn mid-data li fiha huwa jikkonstata dan in-nuqqas, li l-informazzjoni li tiġi pprovduta hija bbażata biss fuq l-eżistenza tal-imsemmi nuqqas u li ma hijiex suġġetta għal regoli ta’ prova li jirrendu impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju mill-imsemmi konsumatur tad-drittijiet tiegħu.

    4)

    L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 1999/44 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regola li n-nuqqas ta’ konformità hija preżunta li kienet teżisti fil-mument tal-kunsinna tal-oġġett:

    tapplika sakemm il-konsumatur jipprova li l-oġġett mibjugħ ma jikkonformax mal-kuntratt u li n-nuqqas ta’ konformità inkwistjoni tidher, jiġifieri hija materjalment irrivelata, f’terminu ta’ sitt xhur mill-kunsinna tal-oġġett. Il-konsumatur ma għandux obbligu li jipprova l-kawża ta’ dan in-nuqqas ta’ konformità u lanqas li jistabbilixxi li l-oriġini tiegħu huwa imputabbli għall-bejjiegħ;

    tista’ tiġi rrifjutata biss jekk il-bejjiegħ jistabbilixxi b’mod suffiċjenti d-dritt li l-kawża jew l-oriġini tal-imsemmi nuqqas ta’ konformità qegħdin f’ċirkustanza li sseħħ wara l-kunsinna tal-oġġett.


    (1)  ĠU C 367, 14.12.2013.


    Top