This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CA0225
Case C-225/13: Judgment of the Court (Second Chamber) of 9 April 2014 (request for a preliminary ruling from the Conseil d’État — Belgium) — Ville d’Ottignies-Louvain-la-Neuve, Michel Tillieut, Willy Gregoire, Marc Lacroix v Région Wallonne (Reference for a preliminary ruling — Environment — Waste — Directive 75/442/EEC — Article 7(1) — Management plan — Suitable sites or installations for the disposal of waste — Concept of waste management plan — Directive 1999/31/EC — Articles 8 and 14 — Landfills which have been granted a permit, or which are already in operation at the time of transposition of that directive)
Kawża C-225/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad- 9 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Il-Belġju) – Ville d’Ottignies-Louvain-la-Neuve, Michel Tillieut, Willy Gregoire, Marc Lacroix vs Région Wallonie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Skart — Direttiva 75/442/KEE — Artikolu 7(1) — Pjan ta’ mmaniġġar — Siti jew installazzjonijiet xierqa għar-rimi tal-iskart — Kunċett ta’ “pjan ta’ mmaniġġar tal-iskart” — Direttiva 1999/31/KE — Artikoli 8 u 14 — Landfills li ġew mogħtija permess jew li kienu diġà qed jitħaddmu fid-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva)
Kawża C-225/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad- 9 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Il-Belġju) – Ville d’Ottignies-Louvain-la-Neuve, Michel Tillieut, Willy Gregoire, Marc Lacroix vs Région Wallonie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Skart — Direttiva 75/442/KEE — Artikolu 7(1) — Pjan ta’ mmaniġġar — Siti jew installazzjonijiet xierqa għar-rimi tal-iskart — Kunċett ta’ “pjan ta’ mmaniġġar tal-iskart” — Direttiva 1999/31/KE — Artikoli 8 u 14 — Landfills li ġew mogħtija permess jew li kienu diġà qed jitħaddmu fid-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva)
ĠU C 175, 10.6.2014, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 175/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Il-Belġju) – Ville d’Ottignies-Louvain-la-Neuve, Michel Tillieut, Willy Gregoire, Marc Lacroix vs Région Wallonie
(Kawża C-225/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Skart - Direttiva 75/442/KEE - Artikolu 7(1) - Pjan ta’ mmaniġġar - Siti jew installazzjonijiet xierqa għar-rimi tal-iskart - Kunċett ta’ “pjan ta’ mmaniġġar tal-iskart” - Direttiva 1999/31/KE - Artikoli 8 u 14 - Landfills li ġew mogħtija permess jew li kienu diġà qed jitħaddmu fid-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva))
2014/C 175/15
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ville d’Ottignies-Louvain-la-Neuve, Michel Tillieut, Willy Gregoire, Marc Lacroix
Konvenut: Région Wallonie
fil-preżenza ta’: Shanks SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Conseil d’État – Interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 23), kif ukoll tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157) – Rimi ta’ skart – Kunċett ta’ pjan ta’ mmaniġġar ta’ skart – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tawtorizzax landfill barra mis-siti previsti mill-imsemmi pjan ta’ mmaniġġar – Norma derogatorja li tippermetti t-tiġdid, wara d-dħul fis-seħħ tal-pjan ta’ mmaniġġar ta’ skart, tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija lil landfills qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmi pjan – Kunċett ta’ pjan u programm.
Dispożittiv
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/350/KE, tal-24 ta’ Mejju 1996, għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li, b’deroga mir-regola li l-ebda landfill ma tista’ tiġi awtorizzata barra mis-siti previsti mill-pjan ta’ mmaniġġar ta’ skart mitlub minn dan l-artikolu, il-landfills awtorizzati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-pjan jistgħu, wara dan id-dħul fis-seħħ, jiġu awtorizzati mill-ġdid fuq l-istess artijiet, ma tikkostitwixxix “pjan ta’ mmaniġġar ta’ skart”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tad-Direttiva 75/442, kif emendata bid-Deċiżjoni 96/350.
L-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April tal-1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill], kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2011/97/UE, tal-5 ta’ Diċembru 2011, ma jipprekludix, madankollu, tali dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali, li tista’ ssib il-bażi legali tagħha fl-Artikolu 14 ta’ din id-direttiva u tapplika għal landfills li ġew mogħtija permess, jew li kienu diġà qed jitħaddmu fid-data tat-traspożizzjoni ta’ din tal-aħħar, bla ħsara għall-osservanza tal-kundizzjonijiet l-oħra msemmija f’dan l-Artikolu 14, u dan huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifikah.