Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0378

    Kawża T-378/12: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Awwissu 2012 — Capitalizaciones Mercantiles vs UASI — Leineweber (X)

    ĠU C 366, 24.11.2012, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 366/35


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2012 — Capitalizaciones Mercantiles vs UASI — Leineweber (X)

    (Kawża T-378/12)

    2012/C 366/72

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Capitalizaciones Mercantiles Ltda (Bogotà, il-Kolombja) (rappreżentanti: J. Devaureix, u L. Montoya Terán, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Leineweber GmbH & Co. KG (Herford, il-Ġermanja) 7045818

    Talbiet

    tiddikjara ammissibbli dan ir-rikors għal annullament, flimkien mad-dokumenti kollha annessi, u l-kopji korrispondenti;

    taċċetta l-provi kollha annessi mar-rikors;

    tilqa t-talbiet tar-rikorrenti, filwaqt li tħalli mingħajr effett id-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Mejju 2012 fil-Każ R 1524/2001-1, dwar l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarju Nru 7045818, u konsegwentement tikkonferma d-deċiżjoni tal-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-25 ta’ Mejju 2011 li ppermettiet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7045818 “X” (figurattiva) għal prodotti fil-klassi 25; u

    tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “X” għal prodotti fil-klassi 25 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7045818

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4736609 tat-trade mark figurattiva “X”, għal, fost oħrajn, prodotti fil-klassi 25

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda għall-prodotti kollha kkontestati

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni kkontestata hija annullata u l-applikazzjoni kkontestata hija miċħuda għall-prodotti fil-klassi 25

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009


    Top