Izberite preskusne funkcije, ki jih želite preveriti.

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument 62012TA0079

    Kawża T-79/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Diċembru 2013 — Cisco Systems u Messagenet vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Swieq Ewropej tas-servizzi ta’ komunikazzjoni permezz tal-Internet — Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni” )

    ĠU C 31, 1.2.2014, str. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 31/9


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2013 — Cisco Systems u Messagenet vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-79/12) (1)

    (Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Swieq Ewropej tas-servizzi ta’ komunikazzjoni permezz tal-Internet - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni)

    2014/C 31/15

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Cisco Systems, Inc. u Messagenet (San José, California, l-Istati Uniti) u Messagenet SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: L. Ortiz Blanco, J. Buendía Sierra, A. de Pablo u K. Jörgens, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, S. Noël u C. Hödlmayr, aġenti)

    Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Microsoft Corp. (Seattle, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: G. Berrisch, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 7279 finali, tas-7 ta’ Ottubru 2011, li tiddikjara kompatibbli mas-suq intern u l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) l-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni ta’ impriżi intiża għall-akkwist ta’ Skype Global Sarl minn Microsoft Corporation (Każ COMP/M.6281 — Microsoft/Skype).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Cisco Systems Inc. u Messagenet SpA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Microsoft Corporation.


    (1)  ĠU C 109, 14.4.2012


    Na vrh