EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FB0058

Kawża F-58/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat- 12 ta’ Diċembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Deċiżjoni ta’ irtirar mhux volontarju minħabba invalidità — Annullament mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni — Talba għall-eżekuzzjoni tas-sentenza — Talba għal reintegrazzjoni — Annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Artikolu 266 TUE — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjoni — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

ĠU C 31, 1.2.2014, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/20


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-58/12) (1)

(Servizz pubbliku - Deċiżjoni ta’ irtirar mhux volontarju minħabba invalidità - Annullament mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni - Talba għall-eżekuzzjoni tas-sentenza - Talba għal reintegrazzjoni - Annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Artikolu 266 TUE - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjoni - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

2014/C 31/35

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-talba tar-rikorrent għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-4 ta’ Novembru 2008 fil-Kawża F-41/06, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, u, f’dan ir-rigward, sabiex jiġu assenjati lilu l-kompiti relattivi għal pożizzjoni tal-grupp ta’ funzjonijiet li jikkorrispondu għall-grad tiegħu, kif ukoll talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud, parzjalment, bħala manifestament inammissibbli u, parzjalment, bħala manifestament infondat fid-dritt.

(2)

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 295 tad-29.09.2012, p. 33.


Top