EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0190

Kawża C-190/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 10 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company vs Dyrektor Izby Skarbowej w Bydgoszczy (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE — Taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi — Differenza fit-trattament bejn id-dividendi mħallsa lil fondi ta’ investiment residenti u mhux residenti — Esklużjoni minn eżenzjoni fiskali — Restrizzjoni mhux ġustifikata)

ĠU C 175, 10.6.2014, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company vs Dyrektor Izby Skarbowej w Bydgoszczy

(Kawża C-190/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE - Taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi - Differenza fit-trattament bejn id-dividendi mħallsa lil fondi ta’ investiment residenti u mhux residenti - Esklużjoni minn eżenzjoni fiskali - Restrizzjoni mhux ġustifikata))

2014/C 175/05

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Bydgoszczy

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Wojewódzki Sad Administracyjny w Bydgoszczy (il-Polonja) – Interpretazzjoni tal-Artikoli 63 u 65 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment u moviment liberu tal-kapital – Leġiżlazzjoni fiskali li teżenta mit-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi d-dividendi mħallsa lill-fondi ta’ investiment stabbiliti fit-territorju tal-Istati Membri, iżda li teskludi mill-benefiċċju ta’ din l-eżenzjoni l-fondi ta’ investiment stabbiliti fl-Istati terzi

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 63 TFUE, dwar il-moviment liberu tal-kapital japplika f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn, skont il-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali, id-dividendi mħallsa minn kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru favur fond ta’ investiment stabbilit fi Stat terz ma humiex suġġetti għal eżenzjoni fiskali, filwaqt li l-fondi ta’ investiment stabbiliti fl-imsemmi Stat Membru jibbenefikaw minn tali eżenzjoni.

2)

L-Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE għandhom ikunu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha ma jistgħux jibbenefikaw minn eżenzjoni fiskali d-dividendi mħallsa minn kumpanniji stabbiliti f’dak l-Istat Membru b’vantaġġ għal fond ta’ investiment li jinsab fi Stat terz, sakemm ma jkunx jeżisti obbligu fi ftehim, bejn dak l-Istat Membru u l-Istat terz inkwistjoni, ta’ assistenza amministrattiva reċiproka li jippermetti lill-awtoritajiet fiskali nazzjonali jivverifikaw l-informazzjoni possibbilment trażmessa mill-fond ta’ investiment. Hija l-qorti tar-rinviju, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, li għandha teżamina jekk il-mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni previst b’dan il-qafas ta’ kooperazzjoni jistax effettivament jippermetti lill-awtoritajiet fiskali Pollakki li jivverifikaw, jekk ikun il-każ, l-informazzjoni pprovduta mill-fondi ta’ investiment stabbiliti fit-territorju tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kundizzjonijiet tal-ħolqien u tal-eżerċizzju tal-attivitajiet tagħhom, sabiex jiġi stabbilit li dawn joperaw f’qafas leġiżlattiv ekwivalenti għal dak tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 209, 14.07.2012.


Top