EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0618
Case T-618/11 P: Appeal brought on 6 December 2011 by Carlo De Nicola against the judgment of the Civil Service Tribunal of 28 September 2011 in Case F-13/10, De Nicola v EIB
Kawża T-618/11 P: Appell ippreżentat fis- 6 ta’ Diċembru 2011 minn Carlo De Nicola kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat- 28 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża F-13/10, De Nicola vs BEI
Kawża T-618/11 P: Appell ippreżentat fis- 6 ta’ Diċembru 2011 minn Carlo De Nicola kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat- 28 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża F-13/10, De Nicola vs BEI
ĠU C 25, 28.1.2012, p. 65–66
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/65 |
Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2011 minn Carlo De Nicola kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-28 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża F-13/10, De Nicola vs BEI
(Kawża T-618/11 P)
(2012/C 25/125)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Appellat: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla: |
— |
il-miżura tat-23 ta’ Settembru 2009 fil-parti li fiha l-Kumitat tal-Appell ċaħad l-appell tiegħu kontra r-rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2008, kif ukoll l-atti konnessi; |
— |
ir-rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2008 kollu kemm hu; |
— |
il-promozzjonijiet deċiżi fit-18 ta’ Marzu 2009; |
— |
tannulla l-atti konnessi, konsegwenti u preċedenti kollha, fosthom il-linji gwida stabbiliti mid-Direttorat tar-Riżorsi Umani (fl-ewwel istanza, ir-rikorrent naqqas it-talba għal nuqqas ta’ applikazzjoni). |
— |
tikkundanna lill-BEI sabiex jikkumpensa d-danni morali u materjali subiti, għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kawża, għall-interessi u għad-dannu kkawżat mill-isvalutazzjoni monetarja fir-rigward tal-kreditu kkonstatat. |
— |
tikkundannah għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Dan l-appell huwa ppreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-28 ta’ Settembru 2011, li ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrent fl-ewwel istanza, li kellu bħala suġġett, l-ewwel nett, l-annullament tad-deċiżjoni tat-23 ta’ Settembru 2009 adottata mill-Kumitat tal-Appell tal-Bank Ewropew tal-Investiment, it-tieni nett, l-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu għas-sena 2008, it-tielet nett, l-annullament tad-deċiżjonijiet ta’ promozzjoni tat-18 ta’ Marzu 2009, ir-raba’ nett, l-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ promozzjoni u, il-ħames nett, il-kundanna tal-Bank sabiex jikkumpensa d-danni morali u materjali li huwa jqis li ssubixxa.
Insostenn tat-talbiet tiegħu, l-appellant isostni:
A. |
Fuq it-talbiet għal annullament
|
B. |
Fuq it-talba għal kumpens
|