Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0601

    Kawża T-601/11: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Novembru 2011 — Dansk Automat Brancheforening vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 25, 28.1.2012, p. 63–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 25/63


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2011 — Dansk Automat Brancheforening vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-601/11)

    (2012/C 25/121)

    Lingwa tal-kawża: id-Daniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Dansk Automat Brancheforening (Fredericia, id-Danimarka) (rappreżentanti: K. Dyekjær, T. Høg u J. Flodgaard)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2010 fil-Każ C 35/2010 (ex N 302/2010) fuq il-ġbir ta’ taxxi fuq il-logħob online li r-Renju tad-Danimarka għandu l-għan li jistabbilixxi permezz tal-liġi fuq il-ġbir ta’ taxxi fuq il-logħob online u mħatri;

    tikkonstata l-invalidità tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2010 fil-Każ C 35/2010 (ex N 302/2010) fuq il-ġbir ta’ taxxi fuq il-logħob online li r-Renju tad-Danimarka għandu l-għan li jistabbilixxi permezz tal-liġi fuq il-ġbir ta’ taxxi fuq il-logħob online u mħatri, inkwantu dan jikkonstata li din il-miżura hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata

    Id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni inkwantu, sabiex tiġi kkonstatata l-kompatibbiltà mal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE tal-miżura inkwistjoni, li tistabbilixxi rata ta’ ġbir ta’taxxi fuq il-logħob online li hija inqas minn dik stabbilita fuq il-logħob imwettaq permezz ta’ stabbilimenti fid-Danimarka, din hija bbażata fuq elementi differenti mill-kriterji ta’ din id-dispożizzjoni.

    (2)

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-garanziji proċedurali

    Id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-garanziji proċedurali inkwantu r-rikorrenti ma ngħatatx il-possibbiltà li tesprimi ruħha dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE.

    (3)

    It-tielet motiv huwa bbażat fuq abbuż ta’ dritt

    Id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żball manifest għaliex l-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE ma jippermettix li tiġi kkonstatata l-kompatibbiltà tal-miżura inkwistjoni mat-Trattat u l-Kummissjoni eċċediet is-setgħat mogħtija b’din id-dispożizzjoni.

    (4)

    Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq eċċess ta’ poter

    Id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn eċċess ta’ poter inkwantu l-għanijiet tad-dispożizzjoni invokata ma jippermettux li din tiġi mmotivata.

    (5)

    Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

    Id-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità inkwantu ma huwiex stabbilit li din ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju.


    Top