Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0593

    Kawża T-593/11: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Novembru 2011 — Al-Chihabi vs Il-Kunsill

    ĠU C 25, 28.1.2012, p. 62–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 25/62


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2011 — Al-Chihabi vs Il-Kunsill

    (Kawża T-593/11)

    (2012/C 25/119)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Fares Al-Chihabi (Aleppo, is-Sirja) (rappreżentanti: L. Ruessmann u W. Berg, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 878/2011, tat-2 ta’ Settembru 2011 (1), ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1101/2011, tat-13 ta’ Ottubru 2011 (2), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK, tat-2 ta’ Settembru 2011 (3), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/684/PESK, tat-13 ta’ Ottubru 2011 (4), kif ukoll kull att leġiżlattiv sussegwenti intiż li jżomm u/jew jissostitwixxi l-atti ċċitati iktar ’il fuq, sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw ir-rikorrent, u

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

    (1)

    Fil-kuntest tal-ewwel motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-atti kkontestati jiksru d-dritt ta’ amministrazzjoni tajba (b’mod partikolari, l-obbligu ta’ motivazzjoni) stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fl-Artikolu 216 TFUE u fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 442/2011 (5).

    (2)

    Fil-kuntest tat-tieni motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-atti kkontestati jiksru d-drittijiet tad-difiża tiegħu (bħal b’mod partikolari d-dritt għal smigħ) kif ukoll id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

    (3)

    Fil-kuntest tat-tielet motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-atti kkontestati jiksru b’mod mhux iġġustifikat u sproporzjonat id-drittijiet fundamentali tiegħu, bħal b’mod partikolari d-dritt għall-proprjetà, id-dritt għall-unur u għar-reputazzjoni, id-dritt għax-xogħol, il-libertà ta’ stabbiliment u l-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenża.

    (4)

    Fil-kuntest tar-raba’ motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-atti kkontestati jiksru d-dritt tiegħu għar-rispett tal-ħajja privata, inkwantu l-miżuri ta’ ffriżar tal-fondi u r-restrizzjoni tal-moviment liberu joħolqu dannu b’mod sporporzjonat għad-dritt fundamentali ta’ rispett tal-ħajja privata kif ukoll għall-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 878/2011, tat-2 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 228, p. 1)

    (2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1011/2011, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 269, p. 18)

    (3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK, tat-2 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 228, p. 16)

    (4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/684/PESK, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 269, p. 33)

    (5)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011, tad-9 ta’ Mejju 2011, dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 121, p. 1)


    Top