Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0592

    Kawża T-592/11: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Novembru 2011 — Anbouba vs Il-Kunsill

    ĠU C 25, 28.1.2012, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 25/62


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2011 — Anbouba vs Il-Kunsill

    (Kawża T-592/11)

    (2012/C 25/118)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Issam Anbouba (Homs, Is-Sirja) (rappreżentanti: M.-A. Bastin u J. M. Salva, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara r-rikors ammissibbli fl-intier tiegħu;

    tiddikjara l-fondatezza tal-motivi kollha tiegħu;

    tawtorizza t-tgħaqqid ta’ dan ir-rikors mar-rikors T-563/11;

    tiddikjara li l-atti kkontestati jistgħu jiġu annullati parzjalment peress li l-parti tal-atti li għandhom jiġu annullati jistgħu jiġu sfilzati mill-att sħiħ,

    Konsegwentement,

    tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/685/PESK tat-13 ta’ Ottubru 2011 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1011/2011 tat-13 ta’ Ottubru 2011 billi isem Issam ANBOUBA u r-riferimenti għalih jitneħħew mil-lista ta’ sostenituri tar-reġim attwali fis-Sirja;

    sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/685/PESK tat-13 ta’ Ottubru 2011 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1011/2011 tat-13 Ottubru 2011 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja;

    fin-nuqqas ta’ dan, tiddikjara dawn id-deċiżjonijiet u r-regolamenti bħala mhux applikabbli fir-rigward ta’ Issam ANBOUBA u tordna li ismu u r-riferimenti għalih jitneħħew mil-lista ta’ persuni suġġetti għas-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea;

    tikkundanna lill-Kunsill għal ħlas ta’ Euro wieħed f’danni u interessi fuq bażi provviżorja bħala kumpens għad-danni morali u materjali subiti b’riżultat tal-inklużjoni ta’ isem Issam ANBOUBA fost is-sostenituri tar-reġim attwali fis-Sirja;

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent ressaq żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża T-563/11, Anbouba vs Il-Kunsill.


    Top