This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0572
Case T-572/11: Action brought on 4 November 2011 — Hassan v Council
Kawża T-572/11: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Novembru 2011 — Hassan vs Il-Kunsill
Kawża T-572/11: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Novembru 2011 — Hassan vs Il-Kunsill
ĠU C 25, 28.1.2012, p. 54–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/54 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2011 — Hassan vs Il-Kunsill
(Kawża T-572/11)
(2012/C 25/106)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Samir Hassan (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery u E. Lagathu, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla, abbażi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE):
|
— |
tikkumpensa, abbażi tal-Artikoli 268 u 340 TFUE, id-danni kkawżati lil S. Hassan permezz tat-teħid kontrih tal-miżuri restrittivi msemmija iktar ’il fuq, kif ġej:
|
— |
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball manifest tal-Kunsill fl-evalwazzjoni tal-fatti u ta’ żball ta’ liġi li rriżulta. |
(2) |
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
(3) |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ proprjetà u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
(4) |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza tar-rikorrent. |
(5) |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur mill-Kunsill tal-linji gwida tiegħu fuq l-implementazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ miżuri restrittivi fil-kuntest tal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni. |
(6) |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter imwettaq mill-Kunsill. |
(7) |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq kumpens għad-danni kkawżati mill-miżuri illegali meħuda mill-Kunsill. |