This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0211
Case T-211/11: Action brought on 11 April 2011 — Timab Industries and CFPR v Commission
Kawża T-211/11: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ April 2011 — Timab Industries u CFPR vs Il-Kummissjoni
Kawża T-211/11: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ April 2011 — Timab Industries u CFPR vs Il-Kummissjoni
ĠU C 179, 18.6.2011, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/18 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2011 — Timab Industries u CFPR vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-211/11)
2011/C 179/31
Lingwa tal-kawża: il-Franciz
Partijiet
Rikorrenti: Timab Industries (Dinard, Franza) u Cie financière et de participations Roullier (CFPR) (Saint-Malo, Franza) (rappreżentant: N. Lenoir, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara l-annullament tad-deċiżjoni |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-1 ta’ Frar 2011, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti tal-Kummissjoni dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, li tikkonċerna akkordju fis-suq Ewropew tal-fosfati għall-għalf tal-annimali (Każ COMP/38.866).
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
(1) |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni dwar it-tieni paragrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1), sa fejn id-dokumenti mitluba ma humiex opinjonijiet iżda deċiżjonijiet li dwarhom ma hemmx stabbilit li l-komunikazzjoni tagħhom tista’ tkun ta’ preġudizzju serju lill-proċess deċiżjonali. |
(2) |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni dwar l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn id-dokumenti mitluba ma fihom l-ebda data kummerċjali sensittiva tali li tostakola l-komunikazzjoni tagħhom anki jekk parzjali. |
(3) |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni dwar it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li l-Kummissjoni invokat preġudizzju għall-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika. |
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).