EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0269

Kawża T-269/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta’ Novembru 2011 — Xeda International vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva etossikina — Nuqqas ta’ inklużjoni tal-etossikina fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE — Irtirar tal-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-etossikina — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza” )

ĠU C 25, 28.1.2012, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/52


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2011 — Xeda International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-269/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva etossikina - Nuqqas ta’ inklużjoni tal-etossikina fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE - Irtirar tal-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-etossikina - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

(2012/C 25/102)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Xeda International SA (Saint-Andiol, Franza) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi, G. von Rintelen u P. Ondrůšek, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/143/UE, tat-3 ta’ Marzu 2011, li tikkonċerna n-noninklużjoni tal-etossikina fl-Anness I tad-Direttiva tal Kunsill 91/414/KEE u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE (ĠU L 59, p. 71) kif ukoll, jekk ikun il-każ, miżuri provviżorji oħra.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top