EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0638

Kawża T-638/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta’ Ottubru 2013 — European Dynamics Belgium et vs EMA ( “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-EMA — Provvista ta’ servizzi ta’ għajnuna għal applikazzjonijiet informatiċi — Ċaħda tal-offerta ta’offerent — Kriterji ta’ attribuzzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Osservanza tal-kriterji ta’ attribuzzjoni stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt — Stabbiliment ta’ sottokriterji għall-kriterji ta’ attribuzzjoni — Aċċess għal dokumenti” )

ĠU C 352, 30.11.2013, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2013 — European Dynamics Belgium et vs EMA

(Kawża T-638/11) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-EMA - Provvista ta’ servizzi ta’ għajnuna għal applikazzjonijiet informatiċi - Ċaħda tal-offerta ta’offerent - Kriterji ta’ attribuzzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Osservanza tal-kriterji ta’ attribuzzjoni stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt - Stabbiliment ta’ sottokriterji għall-kriterji ta’ attribuzzjoni - Aċċess għal dokumenti)

2013/C 352/24

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju); European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu); Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja); u European Dynamics UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment V. Salvatore, sussegwentement T. Jabłoński u C. Maignen, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann u E. Arsenidou, avukati)

Suġġett

Minn naħa, annullament tad-Deċiżjoni EMA/787935/2011 tal-EMA, tat-3 ta’ Ottubru 2011, li permezz tagħha l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa EMA/2011/05/DV ġiet miċħuda, u, min-naħa l-oħra, annullament tad-Deċiżjoni EMA/882467/2011 tad-Direttur Eżekuttiv par interim tal-EMA, tad-9 ta’ Novembru 2011, li permezz tagħha t-talba konfermatorja tar-rikorrenti sabiex ikollhom aċċess għad-dokumenti tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti relatati mal-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni ġiet miċħuda.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni EMA/787935/2011 tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), tat-3 ta’ Ottubru 2011, li permezz tagħha l-offerta magħmula minn European Dynamics Belgium SA, European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u European Dynamics UK Ltd fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa EMA/2011/05/DV ġiet miċħuda, hija annullata.

(2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni EMA/882467/2011 tad-Direttur Eżekuttiv par interim tal-EMA, tad-9 ta’ Novembru 2011, li permezz tagħha t-talba konfermatorja tar-rikorrenti sabiex ikollhom aċċess għad-dokumenti tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti relatati mal-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni ġiet miċħuda.

(3)

L-EMA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 49, 18.2.2012.


Top