EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0116

Kawża T-116/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Diċembru 2013 — EMA vs Il-Kummissjoni ( “Klawżola ta’ arbitraġġ — Sitt Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u għall-innovazzjoni (2002/2006) — Kuntratti Dicoems u Cocoon — Nuqqas ta’ konformità mal-istipulazzjonijiet kuntrattwali ta’ parti mill-ispejjeż iddikjarati — Rexissjoni ta’ kuntratti — Rimbors ta’ parti mis-somom imħallsa — Danni — Kontrotalba — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Arrikkiment indebitu — Rikors għal annullament — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att li jidħol fl-ambitu ta’ kuntest purament kuntrattwali li minnu huwa inseparabbli — Nota ta’ debitu — Inammissibbiltà” )

ĠU C 31, 1.2.2014, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2013 — EMA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-116/11) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Sitt Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u għall-innovazzjoni (2002/2006) - Kuntratti Dicoems u Cocoon - Nuqqas ta’ konformità mal-istipulazzjonijiet kuntrattwali ta’ parti mill-ispejjeż iddikjarati - Rexissjoni ta’ kuntratti - Rimbors ta’ parti mis-somom imħallsa - Danni - Kontrotalba - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Arrikkiment indebitu - Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att li jidħol fl-ambitu ta’ kuntest purament kuntrattwali li minnu huwa inseparabbli - Nota ta’ debitu - Inammissibbiltà)

2014/C 31/12

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Association médicale européenne (EMA) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Franchi u L. Picciano, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u F. Moro, aġenti, assistiti minn D. Gullo, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba prinċipali intiża, l-ewwel nett, għar-rimbors tal-ispejjeż sostnuti għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt Nru 507126 dwar il-proġett Cocoon u l-kuntratt Nru 507760 dwar il-proġett Dicoems, konklużi rispettivament fis-7 u d-19 ta’ Diċembru 2003 bejn il-Kummissjoni u r-rikorrenti, it-tieni nett, sabiex tiġi ddikjarata illegali d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li jiġu rexissi l-imsemmija kuntratti, it-tielet nett, sabiex tiġi annullata n-nota ta’ debitu korrispondenti u, r-raba’ nett, li jitħallas kumpens għad-dannu subit kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba sussidjarja bbażata fuq ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors tal-Association médicale européenne (EMA) huwa milqugħ sa fejn jirrigwarda r-rimbors tal-ispejjeż diretti tal-persunal marbuta mal-kuntratti Cocoon u Dicoems ta’ ammont ta’ EUR 17 231,28 kif ukoll l-ispejjeż indiretti u relatati li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-imsemmija kuntratti.

(2)

Il-kumplament tar-rikors tal-EMA huwa miċħud.

(3)

Il-kontrotalba tal-Kummissjoni Ewropea hija miċħuda.

(4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża T-116/11 R.


(1)  ĠU C 120, 16.4.2011.


Top