Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0118

Kawża F-118/11: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Novembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 25, 28.1.2012, p. 70–71 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/70


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-118/11)

(2012/C 25/137)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tadotta deċiżjoni dwar l-oriġini professjonali tal-marda tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni ta’ rifjut tal-Kummissjoni jew li din hija responsabbli għaliha, indipendentement mill-mod kif dan ir-rifjut seħħ u kemm jekk huwa parzjali jew totali, tal-kapijiet tat-talba tar-rikorrent tat-30 ta’ Ġunju 2011, mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea mir-rappreżentant legali pro tempore tiegħu u lill-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni;

jikkonstata l-fatt li l-Kummissjoni naqset b’mod illegali milli tadotta deċiżjoni, skont u b’applikazzjoni tal-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, dwar l-oriġini professjonali tal-kundizzjoni li wasslet għall-irtirar tar-rikorrent stabbilit bid-deċiżjoni tat-30 ta’ Mejju 2005, jew għall-inqas milli twettaq reviżjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni adottata minnha, quod incertum est, fil-mument meta adottat id-deċiżjoni tat-30 ta’ Mejju 2005;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 4 250,00, liema somma, jekk u sa fejn ma titħallasx lir-rikorrent, toħloq interessi favurih b’rata ta’ 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali minn għada u sal-ġurnata meta jsir il-ħlas imsemmi;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 50,00 kuljum minn għada u sal-180 ġurnata wara l-1 ta’ Lulju 2011, għal kull ġurnata li matulha tibqa’ tippersisti l-astensjoni inkwistjoni, liema somma ta’ EUR 50,00 għandha titħallas kuljum u, jekk ma titħallasx jew sa fejn ma titħallasx, toħloq interessi favur ir-rikorrent b’rata ta’ 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali, mill-għada tal-ġurnata meta l-ħlas imsemmi kellu jsir u sal-ġurnata meta jsir il-ħlas;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 60,00 kuljum għal kull ġurnata supplimentari li matulha tippersisti l-astensjoni inkwistjoni, mill-181 ġurnata wara l-1 ta’ Lulju 2011 sal-270 ġurnata wara din id-data, liema somma ta’ EUR 6 000 għandha titħallas kuljum u, jekk ma titħallasx jew sa fejn ma titħallasx, toħloq interessi favur ir-rikorrent b’rata ta’ 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali, mill-għada tal-ġurnata meta l-ħlas imsemmi kellu jsir u sal-ġurnata meta jsir il-ħlas;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 75,00 kuljum għal kull ġurnata supplimentari li matulha tippersisti l-astensjoni inkwistjoni, mill-271 ġurnata wara l-1 ta’ Lulju 2011 sat-360 ġurnata wara din id-data, liema somma ta’ EUR 75,00 għandha titħallas kuljum u, jekk ma titħallasx jew sa fejn ma titħallasx, toħloq interessi favur ir-rikorrent b’rata ta’ 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali, mill-għada tal-ġurnata meta l-ħlas imsemmi kellu jsir u sal-ġurnata meta jsir il-ħlas;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 100,00 kuljum għal kull ġurnata supplimentari li matulha tippersisti l-astensjoni inkwistjoni, mit-361 ġurnata wara l-1 ta’ Lulju 2011 sa kemm iddum l-astensjoni inkwistjoni, liema somma ta’ EUR 100,00 għandha titħallas kuljum u, jekk ma titħallasx jew sa fejn ma titħallasx, toħloq interessi favur ir-rikorrent b’rata ta’ 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali, mill-għada tal-ġurnata meta l-ħlas imsemmi kellu jsir u sal-ġurnata meta jsir il-ħlas;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


Top