Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0036

    Kawża F-36/11: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 179, 18.6.2011, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 179/22


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-36/11)

    2011/C 179/37

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (Etterbeck, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Bontinck u S. Woog, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt tar-rikorrent ma jiġix estiż wara li jiskadi u, b’hekk, ir-reintegrazzjoni tiegħu fil-kariga mill-1 ta’ Novembru 2010. Min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 10 000 għad-danni morali subiti u sabiex isostni l-oneru finanzjarju inkors fil-kuntest tal-proċedura prekontenzjuża.

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-deċiżjoni li tinsab fin-nota tat-30 ta’ Awwissu 2010 li permezz tagħha ġie kkomunikat lir-rikorrent li l-kuntratt tiegħu ma kienx ser jiġi estiż wara li jiskadi;

    b’hekk, tirreintegra lir-rikorrent fil-kariga tiegħu fid-delegazzjoni fl-Albanija mill-1 ta’ Novembru 2010 u tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tar-remunerazzjoni tiegħu b’effett retroattiv. Fin-nuqqas ta’ tali reintegrazzjoni, tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ allowance għal qagħad sakemm ir-rikorrent isib fejn jiġi rreklutat;

    tirtira d-deċiżjoni kkontestata mill-fajl personali tar-rikorrent kif ukoll minn kull dokument marbut ma’ din il-kawża;

    tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 10 000 għad-danni morali subiti, bil-possibbiltà ta’ żieda matul il-kawża, kif ukoll sabiex issostni l-oneru finanzjarju inkors fil-kuntest tal-proċedura prekontenzjuża;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top