This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0617
Case C-617/11 P: Appeal brought on 1 December 2011 by Luigi Marcuccio against the judgment of the General Court (Fourth Chamber) delivered on 14 September 2011 in Case T-236/02 Marcuccio v Commission
Kawża C-617/11 P: Appell ippreżentat fl- 1 ta’ Diċembru 2011 minn Luigi Marcuccio kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal- 14 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-236/02, Marcuccio vs Il-Kummissjoni
Kawża C-617/11 P: Appell ippreżentat fl- 1 ta’ Diċembru 2011 minn Luigi Marcuccio kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal- 14 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-236/02, Marcuccio vs Il-Kummissjoni
ĠU C 25, 28.1.2012, p. 43–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/43 |
Appell ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2011 minn Luigi Marcuccio kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-236/02, Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-617/11 P)
(2012/C 25/81)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
— |
tannulla l-partijiet tas-sentenza tal-14 ta’ Settembru 2011, fil-Kawża T-236/02, fejn ġew miċħuda t-talbiet ta’ natura kumpensatorja u riparatorja magħmula mill-appellant fl-atti tiegħu ddepożitati fil-kuntest tal-kawża inkwistjoni; |
— |
prinċipalment, tordna lill-appellata tbati l-ispejjeż u taċċetta b’mod sħiħ u mingħajr eċċezzjoni t-talbiet ta’ natura kumpensatorja u riparatorja; |
— |
jew, sussidjarjament, tirrinvija parzjalment il-kawża inkwistjoni quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi mill-ġdid fuq il-mertu tat-talbiet tan-natura kumpensatorja u riparatorja. |
Aggravji u argumenti prinċipali
— |
Żball proċedurali ta’ gravità tali li jippreġudika irreparabbilment l-interessi tal-appellant; |
— |
nuqqas assolut ta’ motivazzjoni, anki għal raġuni ta’ nuqqas ta’ raġonevolezza, għal tautologicità, illoġiċità u inkonsistenza, kif ukoll għal interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata, falza u mhux raġonevoli tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tal-kriterji relatati mal-ermenewtika tar-regoli, u tal-kundizzjonijiet relatati mal-kundanna ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea biex jikkumpensaw danni; |
— |
konfużjoni, arbitrarjetà u rappreżentazzjoni ħażina u żnaturament tal-fatti; |
— |
rappreżentazzjoni ħażina u devjazzjoni tal-fatti, interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata, ħażina, falza u mhux raġonevoli tal-kriterji relatati mal-ammissibilità tat-talbiet ġudizzjarji. |