This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0597
Case C-597/11 P: Appeal brought on 25 November 2011 by Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE against the judgment of the General Court (First Chamber) delivered on 9 September 2011 in Case T-232/06: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE v European Commission
Kawża C-597/11 P: Appell ippreżentat fil- 25 ta’ Novembru 2011 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid- 9 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-232/06, Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża C-597/11 P: Appell ippreżentat fil- 25 ta’ Novembru 2011 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid- 9 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-232/06, Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 25, 28.1.2012, p. 42–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/42 |
Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2011 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-9 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-232/06, Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-597/11 P)
(2012/C 25/79)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali. |
— |
teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha u tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni (DG għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali) li tirrifjuta l-offerta tal-appellanti, ippreżentata b’risposta għas-sejħa għal offerti TAXUD/2005/AO-001 għall-ispeċifikazzjoni, l-iżvilupp, il-manutenzjoni u l-appoġġ tas-sistemi tal-informatika doganali relatati ma’ ċerti proġetti tal-informatika tad-DĠ-TAXUD-“CUST-DEV” (ĠU 2005/S 187-183846) u li tagħti l-istess kuntratt lil offerent ieħor, ikkomunikata lill-appellanti permezz ta’ ittra tad-19 ta’ Ġunju 2006 u tagħti d-danni mitluba |
— |
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar il-mertu tal-kawża. |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż legali tal-appellanti, inklużi spejjeż oħra magħmula inkonnessjoni mal-proċedura fl-ewwel istanza. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għal dawn ir-raġunijiet li ġejjin:
|
L-ewwel nett, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta addottat interpretazzjoni żbaljata, minn naħa, tal-Artikolu 89(1) u l-Artikolu 98(1) tar-Regolament Finanzjarju, u tal-Artikolu 140(1) u (2) u l-Artikolu 141(2) tar-Regoli Implimentattivi, u min-naħa l-oħra, tal-prinċipji ta’ trattament ugwali, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ ompetizzjoni ħielsa. |
|
It-tieni nett, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi interpretat b’mod żbaljat u ħolqot distorsjoni tal-provi prodotti. |
|
Barra minn hekk, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat b’mod żbaljat l-emenda tal-kriterji tal-għażla kif ukoll billi ma eżaminatx l-eżistenza ta’ diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fil-kunsiderazzjoni tal-offerta u billi pprovdiet motivazzjoni insuffiċjenti fis-sentenza appellata. |