Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0593

    Kawża C-593/11 P: Appell ippreżentat fil- 25 ta’ Novembru 2011 minn Alliance One International, Inc. kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad- 9 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-25/06, Alliance One International, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 25, 28.1.2012, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 25/41


    Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2011 minn Alliance One International, Inc. kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-25/06, Alliance One International, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-593/11 P)

    (2012/C 25/78)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Alliance One International, Inc. (rappreżentanti: C. Osti, A. Prastaro, G. Mastrantonio, avukati)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tal-appellanti

    L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settemrbu 2011 fil-Kawża T-25/06 Alliance One vs Il-Kummissjoni, fl-intier tagħha; u, f’każ li l-proċedura tippermetti,

    tannulla l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn dik tirrigwarda lil SCC, Dimon u Alliance One; u għaldaqstant

    tnaqqas il-multi imposti fuq Transcatab u Dimon Italia (Mindo) sabiex il-multi ma jaqbżux l-10 % tad-dħul mill-bejgħ tagħhom tal-aħħar sena fiskali; u

    tnaqqas il-multa imposta fuq Transcatab u Dimon Italia (Mindo) peress li l-fattur ta’ multiplikazzjoni ma għadux japplika billi dan kien ibbażat fuq id-daqs tal-grupp;

    fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha, inklużi dawk sostnuti minn Alliance One quddiem il-Qorti Ġenerali.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Alliance One titlob: (i) l-annullament tas-sentenza appellata, fl-intier tagħha; u, barra minn hekk, (ii) l-annullament tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2005, fil-Każ COMP/C.38.281/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Italja, sa fejn din tirrigwarda lil Standard Commercial Corp. (“SCC”), Dimon Inc. (“Dimon”) u Alliance One; u għaldaqstant, (iii) it-tnaqqis tal-multi imposti fuq Transcatab S.p.a. (“Transcatab”) u Dimon Italia S.r.l (“Dimon Italia”; li issa saret Mindo) sabiex il-multi ma jaqbżux l-10 % tad-dħul mill-bejgħ tagħhom tal-aħħar sena fiskali; jew alternattivament (iv) it-tnaqqis tal-multa imposta fuq Transcatab u Dimon Italia (li issa saret Mindo) peress li l-fattur ta’ multiplikazzjoni ma japplikax; (v) fi kwalunkwe każ, li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ispejjeż kollha, inklużi dawk sostnuti minn Alliance One quddiem il-Qorti Ġenerali.

    Alliance One issostni li s-sentenza kkontestata għandha tiġi annullata fuq il-bażi tal-aggravji segwenti:

    L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 296 TFUE u l-Artikoli 48 u 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. In-nuqqas ta’ analiżi sħiħa u konkreta tal-evidenza rilevanti ppreżentata mill-appellanti sabiex tirribatti l-preżunzjoni ta’ influwenza deċiżiva u, konsegwentement, in-nuqqas tagħha li tissostanzja b’mod adegwat ir-raġunament tagħha għaċ-ċaħda ta’ dik l-evidenza wasslet sabiex il-preżunzjoni ta’ eżerċizzju ta’ kontroll tkun kollox barra konfutabbli, u dan ammonta għal ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza, legalità u responsabbiltà individwali.

    It-tieni nett, billi ċaħdet l-evidenza offruta minn Alliance One, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-prinċipji ġenerali dwar l-oneru tal-prova u tar-regoli proċedurali tal-evidenza u, fi kwalunkwe każ, kisret id-dritt ta’ difiża tal-appellanti.


    Top