Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0560

    Kawża C-560/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Parma (l-Italja) fis- 7 ta’ Novembru 2011 — Danilo Debiasi vs Agenzia delle Entrate — Ufficio di Parma

    ĠU C 25, 28.1.2012, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 25/34


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Parma (l-Italja) fis-7 ta’ Novembru 2011 — Danilo Debiasi vs Agenzia delle Entrate — Ufficio di Parma

    (Kawża C-560/11)

    (2012/C 25/64)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Commissione Tributaria Provinciale di Parma

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Danilo Debiasi

    Konvenuta: Agenzia delle Entrate — Ufficio di Parma

    Domanda preliminari

    Jeżisti kunflitt bejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali u d-dritt Komunitarju, u, b’mod iktar speċifiku, bejn, minn naħa, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 19, u l-Artikolu 19a tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 633/72 u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva 388/77/KEE (1), id-dokument COM(2001) 260 finali, tat-23 ta’ Mejju 2001, u d-dokument COM(2000) 348 finali, tas-7 ta’ Ġunju 2000, kif ukoll “trattament mhux ugwali” tas-sistema tal-VAT bejn l-Istati Membri differenti tal-Unjoni Ewropea, peress li huma applikabbli rati differenti tal-VAT għall-istess servizzi sanitarji?


    (1)  ĠU L 45, p. 1.


    Top