EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0492

Kawża C-492/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Mercato San Severino (l-Italja) fis- 26 ta’ Settembru 2011 — Ciro Di Donna vs Società imballaggi metallici Salerno Srl (SIMSA)

ĠU C 347, 26.11.2011, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Mercato San Severino (l-Italja) fis-26 ta’ Settembru 2011 — Ciro Di Donna vs Società imballaggi metallici Salerno Srl (SIMSA)

(Kawża C-492/11)

2011/C 347/25

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di Pace di Mercato San Severino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ciro Di Donna

Konvenuta: Società imballaggi metallici Salerno Srl (SIMSA)

Domanda preliminari

L-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ipproklamata f’Nice fis-7 ta’ Diċembru 2000 u adottata fi Strasbourg fit-12 ta’ Diċembru 2007, id-Direttiva 2008/52/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali, il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, u b’mod ġenerali, id-dritt tal-Unjoni kollu kemm hu, jipprekludu li tiġi introdotta, f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, leġiżlazzjoni, bħad-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2010 u d-Digriet Ministerjali Nru 180/2010, kif emendat bid-Digriet Ministerjali Nru 145/2011, li abbażi tagħha:

il-qorti tista’ tiddeduċi, fil-kuntest tal-kawża sussegwenti, provi kontra l-parti li naqset milli tattendi, mingħajr ġustifikazzjoni, għal proċedura ta’ medjazzjoni obbligatorja;

il-qorti għandha teskludi r-rimbors tal-ispejjeż sostnuti, mill-parti rebbieħa li tkun irrifjutat proposta għal konċiljazzjoni, wara li tkun saret din tal-aħħar, u għandha tikkundannaha għar-rimbors tal-ispejjeż sostnuti matul dan l-istess perijodu mill-parti telliefa, kif ukoll għall-ħlas favur it-Teżor tal-Istat ta’ somma oħra ta’ ammont ugwali għal dawk diġà mħallsa bħala taxxa dovuta (kontribuzzjoni unifikata), jekk is-sentenza mogħtija fi tmiem il-kawża mressqa wara l-formulazzjoni tal-proposta rrifjutata tikkorrispondi kompletament mal-kontenut ta’ din il-proposta;

il-qorti, għal raġunijiet gravi u eċċezzjonali, tista’ teskludi r-rimbors tas-somom sostnuti mill-parti rebbieħa fir-rigward tal-kumpens imħallas lill- medjatur u tal-ispjjeż ta’ espert, anki meta s-sentenza mogħtija fi tmiem il-kawża ma tikkorrispondix kompletament mal-kontenut tal-proposta;

il-qorti għandha tikkundanna lill-parti li ma pparteċipatx fil-proċedura ta’ medjazzjoni mingħajr ġustifikazzjoni tħallas lit-Teżor tal-Istat somma li tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni unifikata dovuta fir-rigward tal-proċeduri,;

il-medjatur jista’, jew anki għandu, jifformula proposta ta’ konċiljazzjoni anki mingħajr il-qbil tal-partijiet u anki f’każ ta’ nuqqas ta’ parteċipazzjoni tal-partijiet fil-proċeduri;

it-terminu li fih għandu jintemm it-tentattiv ta’ medjazzjoni jista’ jkun ta’ erba’ xhur;

anki wara l-iskadenza tat-terminu ta’ erba’ xhur mill-bidu tal-proċedura, kawża tista’ titressaq biss wara li jinkiseb, mingħand is-segretarjat tal-korp ta’ medjazzjoni, rapport li jistabbilixxi nuqqas ta’ qbil, redatt mill-medjatur u li jindika l-proposta miċħuda;

ma huwiex eskluż li l-proċeduri ta’ medjazzjoni jistgħu jimmultiplikaw — u b’hekk jiġu mmultiplikati t-termini sabiex jintmemu l-kawżi — bl-istess mod bħat-talbiet leġittimament imressqa fil-kuntest tal-proċeduri li sadanittant ikunu nbdew;

l-ispiża tal-proċedura ta’ medjazzjoni obbligatorja hija mill-inqas darbtejn ogħla minn dik tal-proċeduri ġudizzjarji li l-proċedura ta’ medjazzjoni tipprova tevita u din id-differenza tiżdied b’mod esponenzjali hekk kif jiżdied il-valur tal-kwistjoni (b’mod li l-ispiża tal-medjazzjoni tista’ tirriżulta sitt darbiet ogħla mill-ispiża ta’ proċess ġudizzjarju) jew hekk kif tiżdied il-kumplessità tagħha (meta jkun neċessarju, f’dan l-aħħar każ, li jinħatar espert, imħallas mill-partijiet fil-proċedura, sabiex jassisti lill-medjatur fi kwistjonijiet li jirrikjedu ħiliet tekniċi speċifiċi, mingħajr ma r-rapport tal-espert jew l-informazzjoni li huwa jkun stabbilixxa jistgħu sussegwentement jintużaw fil-kuntest tal-proċeduri legali)?


(1)  ĠU L 136, p. 3.


Top