Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0484

    Kawża C-484/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Argeș (ir-Rumanija) fl- 20 ta’ Settembru 2011 — Mariana Budan vs Statul român — Ministerul Finanțelor Publice — Direcția Generală a Finanțelor Publice Argeș

    ĠU C 347, 26.11.2011, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 347/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Argeș (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Settembru 2011 — Mariana Budan vs Statul român — Ministerul Finanțelor Publice — Direcția Generală a Finanțelor Publice Argeș

    (Kawża C-484/11)

    2011/C 347/22

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Tribunalul Argeș.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Mariana Budan.

    Konvenuti: Statul român — Ministerul Finanțelor Publice — Direcția Generală a Finanțelor Publice Argeș.

    Intervenjenti: Iulian-Nicolae Cujbescu.

    Domanda preliminari

    Permezz tal-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tagħti lill-prinċipji fundamentali stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u skont it-Trattati tal-Unjoni Ewropea, f’sitwazzjoni ta’ lacuna regolatorja fid-dritt intern (bħala konsegwenza tad-dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ kostituzzjonalità tal-Artikolu 5 tal-Liġi 221/20(09)), ir-rikorrenti, Mariana Budan, (…) u l-intervenjenti, Iulian-Nicolae Cujbescu, (…), bħala vittmi tar-reġim Komunista u attwalment ċittadini tal-Unjoni Ewropea, għandhom id-dritt għal kumpens għad-danni morali?


    Top